L-esperjenza twila tiegħi fil-politika laqatni ma’ kull tip ta’ sfida – sfidi ta’ kuljum, imma wkoll sfidi kbar bħal meta saret allegazzjoni fil-konfront tiegħi, b’rabta ma’ proċedura meta kont għandi nipprattika ta’ avukat. Għax kelli kuxjenza safja, u minkejja kull parir, inkluż tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex ma nirriżenjax, għax kien konvint mill-innoċenza tiegħi, jien irriżenjajt sakemm inqatgħet id-deċiżjoni tal-Qorti, li, kif mistenni sabitni innoċenti. Imbagħad dħalt lura u l-Prim Ministru Gonzi ħatarni Ministru.
Maż-żmien kelli esperjenzi sbieħ, kisbiet politiċi kbar, mhux għalija, imma għal pajjizi. Kisbiet li wettaqt bhala Segretarju Parlamentari u Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, d-Djalogu Pubbliku u l-Ġustizzja. Imbagħad, wara t-telfa tal-2013, dħalt għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Dakinhar, quddiem sitwazzjoni diffiċli ħafna għall-Partit Nazzjonalista, mhux l-inqas dik finanzjarja, ma kienx hemm kju ta’ nies interessati għal dik il-kariga, imma dħalt għaliha naf li kienet se tkun sfida kbira.
Fi żmien sentejn, ma’ sħabi, taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, indirizzajt is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partit u ma ħallejttx ċenteżmu dejn, filwaqt li fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li ħadt ħsieb nikkordina jien, naqqasna d-distakk bin-nofs u rbaħna lokalitajiet bħal Mosta u San Pawl il-Baħar. Sentejn wara kont mitlub immur niffoka fuq Għawdex, u sa ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali s-sondaġġi kienu juruna li l-PN kien se jirbaħ Għawdex, sakemm il-Gvern Laburista infexx f’dagħdiha ta’ promotions u impjiegi, aktar minn 1,000 f’inqas minn xahar. Ma qtajtx mill-isfidi, qatt ma qtajt qalbi u issa determinat li flimkien nissaħħu u nirbħu. Dan qalu l-kandidat għal Kap tal-PN Chris Said f’kummenti ma NET NEWS.
Il-fatti huma mod ieħor, Għawdex intrebaħ mill-Partir Laburista għax il-Gvern infexx f’dagħdiha ta’ impjiegi fl-aħħar ftit ġranet u ma’ Simon Busuttil kelli u għandi relazzjoni eċċellenti tant li jekk inkun Kap tal-PN irrid lil Simon miegħi biex flimkien niġġieldu l-unika avversarju politiku tagħna l-Gvern ta’ Muscat li fejn jonqos, miegħi, mhux se jsib ħniena, qal Chris Said
Il-kandidat għal Kap tal-PN appella għall-għaqda. Ir-responsabbiltà politika trid tinġarr minn kull min jidħol għal politika filwaqt li flimkien mal-attivisti tal-partit għandna naħdmu flimkien bħala familja waħda, għax aħna partit wieħed u wara l-elezzjoni tal-Kap irridu naħdmu bħala tim wieħed, temm jgħid Chris Said.
//= $special ?>