Alexander Zverev rebaħ il-finali tal-Masters ta’ Montreal wara li għeleb lil Roger Federer 6-3, 6-4. Dan is-suċċess kien il-ħames wieħed tas-sena għal Zverev, b’Federer juri sinjali ta’ problemi fiżiċi lejn l-aħħar fażi tal-finali.
Din kienet biss it-tielet telfa fi 38 logħba din is-sena għal Federer, iżda l-konferma li jitla’ fl-ewwel post fir-rankings tista’ tasal il-ġimgħa d-dieħla f’Cincinnati jekk ir-riżultati jkunu favur tiegħu.
Hu kkonferma wara l-partita li se jmur Cincinnati, iżda se jiskopri l-injury li għandu qabel jiddeċiedi jekk jipparteċipax jew le. Andy Murray li hu s-sid numru wieħed tad-dinja, se jitlef it-tournament ta’ Cincinnati u sussegwentament il-quċċata fir-rankings, b’Federer jew Nadal jitilgħu fil-quċċata.
Għal Ġermaniż ta’ 20 sena, dan is-suċċess f’Montreal kien it-tieni f’tournament tal-Masters wara li rebaħ ukoll f’Ruma.
//= $special ?>