Għexieren ta’ persuni, kemm Maltin kif ukoll turisti, qattgħu tmiem il-ġimgħa li għaddiet igawdu x-xita ta’ meteoriti li offriet spettaklu fis-sema, spettaklu magħruf bħala d-Dmugħ ta’ San Lawrenz.
Imma warajhom ftit li xejn ħallew spettaklu. Dan hekk kif residenti tal-madwar, bdiewa, kaċċaturi, nassaba, il-ħaddiema tal-Gvern u l-Kunsill Lokali kif ukoll grupp ta’ anzjani li għamlu mill-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena bħala l-post ta’ rilassament tagħhom qattgħu l-għodwa jiġbru munzelli ta’ żibel.
Fost ix-xeni tal-mistħija matl l-irdum ta’ Ħad-Dingli, wieħed seta’ josserva fliexken tal-plastik u bottijiet tal-birra, boroża tal-plastik u tal-karti kif ukoll kaxex tal-ikel u saħansitra ikel mormi ma’ kullimkien.



