Fil-Qrendi, it-tħejjijiet għall-festa ta’ Santa Marija għaddejjin ġmielhom, partikolarment mis-sezzjoni tal-logħob tan-nar tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija.
Fl-għelieqi mnejn jittella’ n-nar tal-ajru, ltqajna ma’ Frankie Mifsud, li ilu għal dawn l-aħħar 10 snin jgħin fit-tħejjija u l-ħruq tal-logħob tan-nar, li spjega kif ir-riħ tal-aħħar jumejn, għen xi ftit aktar wara jiem sħaħ ta’ xemx u sħana qawwija.
Waqt li Frankie kien qed jipprepara s-sistema awtomatika ta’ kif jinħaraq il-logħob tan-nar, dilettanti oħra kienu qed jippreparaw f’imkejjen oħra biex ssir il-wirja tradizzjonali ta’ logħob ta’ nar.
Għal-lejla hemm programm imħejji wkoll , hekk kif fid-9.30pm jibda spettaklu ta’ logħob tan-nar sinkronizzat, b’ftuħ u blalen kbar. U eżatt wara, jitkompla l-ispettaklu tan-nar tal-art.
//= $special ?>