Elezzjoni Kap PN Lokali

Pjan maħdum bizzilla – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli illum tkellem dwar kif Il-Gvern preżenti għamel ċerti tibdiliet u ġabhom bizzilla.

Permezz ta’ dawn it-tibdiliet li għamel, il Gvern qal li n-nisa tal Membri Parlamentari u dawk tal-Ministri ma kellhomx għalfejn jiddikjaraw l-assi tagħhom fil parlament, fi kliem ieħor ma kellhomx għalfejn jiddikjaraw kemm għandhom flus u nvestiment, u dan mhux jekk kien ikun hemm xi separazzjoni tal-beni, għax dan kien ikun aċċettabli kieku kien ikun hemm xi separazzjoni tal-komunjoni tal-akkwisti.

Frank Portelli kompla jgħid li issa kull ma kellu jagħmel membru parlamentari jew ministru kien li jgħaddi kollox lill-mara biex hu ma jibqalu xejn u ma jkollu għalfejn jiddikjara xejn. Allura l-EGRANT stegħet kienet ta min kienet jekk wieħed kellu l-faċilita li jgħaddiha l-ħadd ieħor, u din ta laħħar ma kelliex għalfejn tiddikkjara l-assi tagħha.

Frank Portelli temm billi sostna li dan kollu hu ma setax jaqbel miegħu u jaħseb li kollox inħadem bizzilla.