Fuq stedina tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Quddiesa Pontifikali li saret dalgħodu fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, tmexxiet min-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, u kkonċelebrata mill-Arċisqof, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, u numru ta’ saċerdoti. Din kienet l-ewwel okkażjoni għan-Nunzju Appostoliku biex jiltaqa’ mal-Insara Maltin.