Lokali

Għaddejjin diskussjonijiet sabiex titjieb l-infrastruttura fl-akwati tal-bajja ta’ Għar Lapsi – Alessia Psaila Zammit

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għaddej bi programm ta’ investiment għat-tisbiħ u r-rijabilitazzjoni tal-bajja ta’ Għar Lapsi, bajja ferm popolari mas-Siġġiewin kif ukoll mill-bliet u l-irħula tal-madwar u anke turisti.

F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li sa issa, il-Kunsill investa madwar €25,000.

Alessia Psaila Zammit qalet li l-fażi li jmiss hi t-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-latrina pubblika u t-tisbiħ tal-Park ta’ Għar Lapsi.

Qalet ukoll li għaddejjin diskussjonijiet ma’ Transport Malta sabiex titjieb l-infrastruttura, b’mod partikolari it-toroq li jagħtu għal din il-bajja.

Fil-fatt, ix-xogħolijiet fi Triq il-Kilpa mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin filwaqt li kemm il-Kunsill Lokali, kif ukoll Transport Malta applikaw għal fondi Ewropej sabiex jibdew ix-xogħolijiet fuq it-Triq ta’ Lapsi.