Il-korp tal-Pulizija jixraqlu l-ogħla rispett mhux biss mill-poplu iżda wisq iżjed mill-Gvern. Dan qalu Adrian Delia kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN f’kummenti li ta’ lil Net News f’Jum Santa Marija meta mijiet ta’ ħaddiema fil-Korp ikunu xogħol minkejja li festa pubblika.
Adrian Delia sellem lill-uffiċjali kollha tal-korp u wera solidarjeta’ magħhom għal kull meta l-politiċi jitfawhom kollha f’keffa waħda u jkunu huma li jieħdu fama ħażina minħabba f’deċiżjonijiet meħuda minn ta fuqhom.
Adrian Delia qal li l-Gvern jonfoq biss €9 fis-sena fuq kull pulizija f’taħriġ. Dan mhux aċċettablbi meta tqis li kulħadd jippretendi l-għola standards mill-Korp.
Hu tkellem ukoll dwar il-problema ta’ overtime li għadu ma tħallasx lil membri tal-korp. “Dawn il-familji għandhom dritt igawdu flushom issa mhux min jaf meta” qal Delia.
Adrian Delia qal li l-PN irid jerġa’ jsir it-tarka ta’ eluf ta’ ħaddiema f’oqsma differenti għax huwa ċar li l-partit ta’ Joseph Muscat m’għandux ħin għalihom u ħalliehom jitħabtu waħedhom biex ilaħqu mal-ħajja u mal-kirjiet esaġerati.
Il-Pulizija se jsibu fil-PN partit li jirispetthom u jiġġieled għad-drittijiet tagħhom qal Adrian Delia.
Dan hu l-mod ġdid li nemmen għandu jaħdem bih il-PN fejn jerġa’ jsib il-fiduċja ta’ niċeċ differenti fis-soċjeta’, temm jgħid Adrian Delia.
//= $special ?>