Internazzjonali

Il-Portugall: Imutu taħt siġra li tqaċċtet waqt ċerimonja reliġjuża

Mietu talanqas 11 il-persuna, b’għexieren oħra jindarbu, meta siġra enormi ċediet għal fuq folla li kienet preżenti għal ċerimonja reliġjuża fl-inħawi ta’ Largo da Fonte, fil-gżira Portugiża ta’ Madeira.

Is-siġra – li jingħad li tħawwlet daqs 200 sena ilu –niżlet fuq in-nies li kienu ffullati ma’ xulxin fis-sobborg partikulari, fil-belt ta’ Funchal, u f’ħin meta kienu għaddejjin iċ-ċerimonji reliġjużi fil-miftuħ.

L-aħħar rapporti qalu li kemm hemm tal-anqas żewġt itfal fost il-mejtin.

In-nies, dak il-ħin, kienu nġabru barra knisja tal-lokal biex jiċċelebraw il-Festa tal-Assunta, bis-servizzi tal-emerġenza u l-paramediċi jaslu malajr fuq il-post biex jieħdu ħsieb il-midruba.