Lokali

Imorru jwettqu xogħol volontarju fil-Kenya

Il-grupp Mzungu Mission f’Jum Santa Marija halla Malta lejn il-Kenya biex hemmhekk jwettqu xogħol volontarju fost il-foqra.

Mal-grupp, fost oħrajn hemm ukoll koppja, Albert u Catherine, li għadhom kif iżżewġu u għal qamar il-għasel sejrin jagħmlu xogħol volontarju fil-Kenya.

Tkellimna wkoll mal-kantanta Amber u Mark, żewġ personalitajiet li wkoll huma parti mill-grupp Mzungu Mission.

Din is-sena l-grupp se jkun qed jaħdem fuq proġett f’villaġġfqir ħafna fid-djoċesi ta’ Malindi.

Mal-grupp ingħaqad ukoll Fr Marcellino Micallef, li din se tkun il-15-il esperjenza tiegħu fil-missjoni.

Kull min b’xi mod jew ieħor jixtieq jgħin lil dan il-grupp fil-ħidma mal-foqra jista’ jagħmel kuntatt magħhom permezz tal-facebook page Mzungu Mission