Elezzjoni Kap PN Lokali

“Inbiddel ir-rotta” – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli, f’messaġġ indirizzat lill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, illum qal li jistħajjilhom jistaqsu lilhom infushom għaliex id-deċiżjoni f’din l-Elezzjoni għal Kap tal-Partit hi daqstant diffiċli.

Dr. Portelli qal li hu jaħseb li din id-darba hi daqstant diffiċli, peress li l-kandidati li qed jippreżentaw ruħom m’humiex bħal ta qabel. Fl-antik, meta kellek lil Eddie Fenech Adami, Guido Demarco u lill-Ċensu Tabone, dawn kienu viċin ħafna ta’ xulxin. Hu żied jgħid li b’kuntrast, l-erba’ kandidati li hemm bħalissa, qegħdin jippreżentaw direzzjoni kompletament differenti minn xulxin. Hemm min irid jibqa’ sejjer kif aħna, hemm min irid iressaqna aktar lejn ix-xellug, u mbgħad hemm hu, li għandu direzzjoni kompletament differenti.

Frank Portelli qal li hu xtaq li nerġgħu immorru lura lejn it-triq-l-antika li kienet it-triq it-tajba, it-triq li wasslitna għal rebħa wara l-oħra.

Hu temm billi staqsa lill-kunsilliera jekk ridux li aħna nibqgħu sejrin hekk, u sostna li ma jaħsibx, u li kien għalhekk li issa kellhom l-għażla.