Ir-raġel ta’ 58 sena li għeb fl-inħawi ta’ Birżebbuġa għadu rappurtat nieqes, għalkemm kien hemm żvilupp fit-tfittxijiet għalih.
Dan hekk kif instabet il-karozza li r-raġel, Alfred Mifsud, aktarx kien qed isuq.
Alfred Mifsud deher l-aħħar fil-11 ta’ Awwissu biswit bar li jinsab fi Triq Għar Dalam, f’Birżebbuġa. Il-karozza li aktarx kien qed juża’ r-raġel hija tat-tip Landrover Freelander gold u nstabet ilbieraħ filgħaxija fi Triq id-Dar ta’ Pultu, qrib il-Knisja ta’ Birżebbuġa.
Rapporti fil-media qalu li l-Landrover ittieħed id-Depot tal-Furjana biex jitkomplew l-investigazzjonijiet sakemm tkompli t-tfittxija għar-raġel.
//= $special ?>