Il-President tal-Iran, Hassan Rouhani, wissa li pajjiżu jista’ jerġa’ jibda l-programm nukleari ‘fi kwistjoni ta’ sigħat’ f’każ li l-Istati Uniti timponi aktar sanzjonijiet ġodda fuq Tehran.
Rouhani qal ukoll li l-programm, f’dan il-każ, għandu jkun aktar avvanzat milli fl-2015, meta l-Iran kien rażżan l-attivitajiet nukleari tiegħu bħala parti min ftehim mal-potenzi dinjija.
L-Iran qed jgħid li s-sanzjonijiet unilaterali mill-Istati Uniti fil-konfront tal-programm Iranjan għall-missili ballistiċi jmorru kontra dak il-ftehim. Madankollu, l-Istati Uniti qed tinsisti li l-provi tal-missili mill-Iran abbużaw riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-missili ballistiċi.
Ir-riżoluzzjoni li taċċetta l-ftehim nukleari ssejjaħ biex l-Iran ‘ma jidħolx għal kwalunkwe attività relatata għall-missili ballistiċi li jkollhom kapaċità biex iġorru l-armi nukleari.’
//= $special ?>

