L-attur Ryan Reynolds saħaq li jinsab bla kliem u xxukkjat wara li stunt driver mara tilfet ħajjitha waqt il-ġbid tal-film Deadpool 2 hekk kif kienet involuta f’ħabta b’mutur f’Vancouver, fil-Kanada.
Reynolds, li huwa l-attur prinċipali fil-film kiteb fuq il-midja soċjali ta’ Twitter li għalkemm l-atturi u l-bqija tal-ħaddiema huma maħsuda b’dak li ġara lil kollega tagħhom, ċertament li ma jikkumparax ma xiex għaddejjin minnu l-qraba tal-vittma.
Deadpool 2 mistenni joħroġ fis-swali taċ-ċinema matul l-2018.
//= $special ?>