Internazzjonali

Tifla titlef ħajjitha wara li karozza nstaqet apposta f’pizzerija f’Pariġi

Sewwieq ta’ BMW kien arrestat fi Franza wara li saq il-karozza għal ġo pizzerija. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Pariġi, u fl-inċident, inqatlet tifla ta’ 13-il sena u ndarbu mat-tnax-il ruħ oħra, erba’ minnhom serjament.

Skont rapporti fil-media internazzjonali, is-sewwieq tal-karozza huwa Franċiż u għandu 32 sena. Jidher li ftit tal-ġranet ilu, dan ir-raġel prova joqtol lilu nnifsu.

Kelliem għall-Ministeru tal-Intern Franċiż qal, f’kummenti li għadda, li dan l-inċident mhux qed ikun trattat bħala attakk terroristiku. Madanakollu, skont rapporti oħra fil-media internazzjonali, jirriżulta li r-raġel kellu xi armamenti fil-karozza.