Dalgħodu kompliet il-ħidma għat-tfittxija taż-żagħżugħ Franċiż li għeb nhar il-Ġimgħa li għaddiet wara li qabeż fil-baħar minn dgħajsa waqt ‘boat party’ qrib ix-Xatt ta’ Tas-Sliema.
Dan hekk kif membri mill-Forzi Armati ta’ Malta komplew bil-ħidma tagħhom permezz ta’ dgħajjes u helikopter qrib ix-Xatt tax-Xgħajra u l-Port il-Kbir, madanakollu s’issa m’hemm l-ebda sinjal tal-ġuvni ta’ 20 sena.
Minn fuq id-dgħajsa Fernandes kienu sitt Franċiżi li qabżu l-baħar, erba’ minnhom telgħu mix-Xatt li kien viċin, filwaqt li wieħed telgħa minn xatt ftit ‘il fuq.
//= $special ?>