Lokali

Uffiċjali tad-Dwana jaqbdu f’aktar minn €13,000 mhux dikjarati

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonfiskaw aktar minn €10,000 f’kontanti li nstabu fuq Malti li kien se jsiefer lejn Istanbul, sabiex sussegwentament imur Kiev.

Il-passiġġier kellu fuqu total ta’ €13,650 liema flus insista li kienu esklussivament għall-ivvjaġġar. Filwaqt li l-Pulizija ġew infurmati bil-kaz, ir-raġel tħalla jsiefer madanakollu mistenni jitressaq il-Qorti malli jirritorna lura.

Skont il-liġi Ewropea, il-passiġġieri ma jistgħux jivjaġġaw b’aktar minn €10,000 f’kontanti mhux iddikjarati.