Sport Sport Ieħor

Żewġ Maltin magħżula għall-Olimpjadi tal-breakdance

Żewġ żgħażagħ Maltin, Miguel Mifsud (xellug) u Abner Testa (lemin) mit-tim Malti Street Elements Hiphop Artists ġew magħżula biex flimkien ma’ aktar minn 800 parteċipant minn madwar id-dinja jieħdu sehem fl-Olimpjadi tad-dinja.

Dan wara li huma għaddew għat-tieni stadju ta’ kwalifikazzjoni fil-Germanja li se ssir fit-22 ta` Ottubru li ġej.

Dawn iż-żewġ parteċipanti ikkwalifikaw minn ġurija professjonali u b’hekk se jkunu l-ewwel żewġ Maltin li jirrappreżentaw lil Malta fl-Olimpjadi fil-qasam tal-breakdance.

Miguel Mifsud u Abner Testa ilhom jipprattikaw il-Breakdance ma’ Street Elements għal dawn l-aħħar ħames snin u kellhom diversi esperjenzi lokali u anke internazzjonali.