Futbol Sport

Flokk ta’ Totti għall-President ta’ Franza

F’dawn l-aħħar jiem il-President ta’ Franza Emmanuel Macron (xellug) żar iċ-ċentru sportiv tat-tim favorit tiegħu, Marseille. Hu ltaqa’ mal-kowċ tat-tim Rudi Garcia (lemin) li minn naħa tiegħu tah flokk iffirmat tal-ekscaptain ta’ Roma Francesco Totti.

Garcia mexxa lil Roma bejn l-2013 u l-2016 u ħadem mal-eksplejer Taljan li rtira mill-futbol f’Mejju li għadda.

Totti kellu karriera mill-aqwa ma’ Roma fejn dam jilgħab mat-tim tal-belt kapitali Taljana għal 28 sena u issa qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur fi ħdan il-klabb. Ta’ min jiftakar li ftit ġimgħat ilu replica tal-flokk ta’ Totti intbagħatet fl-ispazju.