Lokali

AĠĠORNATA: Jinstab katavru ta’ raġel mil ‘il barra minn Portomaso

Ritratt: AFM

Iktar kmieni llum instab katavru ta’ raġel mil ‘il barra minn Portomaso.

Dan ġie konfermat f’kuntatt li l-kamra tal-aħbarjiet għamlet mal-Pulizija, fejn qalulna li l-katavru se jittella’ mill-iskwadra Maritima tal-Forzi Armati ta’ Malta fix-Xatt ta’ Taħt il-Forka, magħruf ukoll bħala Xatt it-Tiben, fil-Floriana.

La darba l-katavru jittella’ mill-baħar mistenni tibda l-ħidma biex tiġi identifikata l-identità tal-katavru.

Dwar il-każ infetħet inkjesta.