Elezzjoni Kap PN Lokali

Lura għall-għeruq – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli illum tkellem dwar il programm elettorali tiegħu għall elezzjoni ta Kap tal Partit u qal li dan il programm hu semmieħ Back to Basics, Lura lejn l-Għeruq. Għalhekk wieħed lilu seta jgħidlu radikilali, għax il-kelma radikali ġejja mill-Latin u tfisser għeruq.

Aħna rridu neħħu l-problemi li għandna, iżda mhux bħal ħaxix ħażin għax dak jekk taqtaw jerġa jikber; trid taqalaw mill għeruq, u biex wieħed jaqalaw mill għeruq trid tuża l- prinċupji li suppost iħaddan il Partit Nażżjonalista u lewwel wiehed min dawn il-prinċipji hu is-sussidjarjita. Id-deċiżżjonijiet isiru min isfel għall-fuq, u mhux jien insir Kap, u ngħidkom x’tgħamlu.

Dr, Portelli saħaq li t-tesserati għandu jkollom il-forza ji jgħamlu deċizzjoni, u mhux tiġi ffiltrata min passatur ta xi organu ieħor bħal Kunsill Ġenerali. Il-poter għandu jkun f’idejn it-tesserati, dak hu li tfisser sussidjarjita, u jiekk wieħed ineħħi l-poter min idejn it-tesserati, ikun qed imur kontra dan il prinċipju.

Frank Portelli temm billi qal li hu għalhekk kien qed jgħid li se jerġa jmur fit triq l-antika, u l-poter jerġa jigi f’idejn it-tesserati.