Media sostenibbli ta’ partit politiku trid issib bilanċ bejn l-aspett kummerċjali u dak politiku. Trid tkun media li tattira lejha l-aqwa programmi u l-aqwa preżentaturi. Trid tkun media li tippreżenta l-fatti riċerkati u ma tibżax issemma opinjonijiet diversi.
Saħaq dan il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione.
Huwa qal li media.link jeħtieġ tkun f’pożizzjoni li tirbaħ il-kompetizzjoni tas-suq.
Mingħajr is-saħħa kummerċjali, l-istazzjon tar-radju u speċjalment dak tat-televiżjoni ma jkunux f’pożizzjoni li jattiraw lejhom l-aqwa progammi.
“Il-kompetizzjoni għall-aqwa programmi mhix faċli iżda bit-tnissil ta’ din il-fiduċja ġdida, konvint li nistgħu negħlbu kull tip ta’ kompetizzjoni,” sostna Alex Perici Calscione.
//= $special ?>