Lokali

Tfajla taqa’ minn għoli fl-inħawi tal-bajja ta’ Għar Lapsi

Tfajla sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli fl-inħawi tal-bajja ta’ Għar Lapsi.

Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaija, fejn mal-ewwel fuq il-post marru il-Pulizija u ġiet imsejħa wkoll patrol boat tal-Forzi Armati, hekk kif il-post fejn seħħ l-inċident ma kienx aċċessibli.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija, jirriżulta li t-tfajla ta’ 19-il sena hi residenti l-Fgura.

It-tfajla ngħatat l-għajnuna fuq il-post, fejn wara ddaħlet ġewwa l-bajja ta’ Għar Lapsi u ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura – fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.