Lokali

Tmut ‘Ċilla’

Tħabbret il-mewt ta’ Cecilia Darmanin, popolarment magħrufa bħala ‘Ċilla’. Ċilla, li fis-snin sebgħin u tmenin kellha popolarità kbira fil-Belt Valletta, tibqa’ magħrufa bħala attivista kbira kif ukoll kandidata f’żewġ elezzjonijiet ġenerali mal-PN.

Hi kienet ikkontestat l-elezzjoni ġenerali tal-1976 fuq l-ewwel u t-tieni distrett elettorali, u reġgħet ikkontestat l-elezzjoni ta’ wara, dik tal-1981, fuq l-ewwel distrett. Minkejja l-età kbira tagħha, Ċilla baqgħet leali lejn il-Partit Nazzjonalista sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.