Wara xhur ta’ spekulazzjoni, l-attur Ingliż Daniel Craig ikkonferma li kien se jerġa’ jinterpreta l-parti ta’ James Bond.
Hu qal dan waqt intervista fuq il-programm televiżiv Amerikan The Late Show.
Craig kien ħadem il-parti fl-aħħar erba’ films ta’ 007 imma wara l-aħħar wieħed kien stqarr li kien xeba’ jaħdem il-parti ta’ James Bond. Il-film li jmiss ta’ James Bond se joħroġ f’Novembru tal-2019 u se jkun il-25 film ta’ din is-serje u Craig qal li dan definitivament kien l-aħħar darba li se jinterpreta l-parti.
Craig hu s-seba attur li ħadem din il-parti u kien ħa post Pierce Brosnan meta ħadem il-parti f’Casino Royale fl- 2006. Hu imbagħad interpreta l-parti ta’ James Bond f’Quantum of Solace fl-2008, Skyfall fl-2012 u Spectre fl-2015.
//= $special ?>

