Internazzjonali Lokali

FILMAT: Maltija tgħid x’rat mill-attakk terroristiku f’Barċellona

Żagħżugħa Maltija li bħalissa tinsab f’Barċellona ma’ sħabha rrakkontat ix-xena ta’ ġenn u paniku ftit wara li seħħ attakk terroristiku b’vann li saq għal ġon-nies.

Bernice Bonello irrakkuntat lil NET News li ftit qabel ma seħħ l-attakk terroristiku, hi kienet qed tieħu r-ritratti fl-istess post fejn seħħ l-attakk. Spjegat li kienet qed tiekol flimkien ma’ sħabha u ftit wara li telqu mir-restaurant, beda l-ġenn. Iżda qalet li hi u sħabha ħasbu li kien seħħ xi inċident.

Bernice żiedet tispjega li indunaw li kien ġara xi ħaġa meta ftit wara daħlu ġo stabbiliment kbir tax-xiri, u f’daqqa waħda bdew deħlin in-nies jiġru u jgħajjtu. Kien f’dak il-mument li bdew jinstemgħu ukoll ħafna sireni tal-Pulizija, ambulanzi u ħelikopters.