Elezzjoni Kap PN Lokali

Il-ħidma tal-Uffiċju ELCOM

“L-ELCOM hu dak l-uffiċċju t al-Partit Nazzjonalista li jieħu ħsieb l-Elezzjonijiet”. Qal dan il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli llum meta tkellem dwar il-fatt li hu kien ingħata data mill-ELCOM, li kienet tinkludi fost affarijiet oħra ismijiet u kunjomijiet ta tesserati, li kienet suppost up to date. Dr. Portelli kompla jgħid li hu kien bgħat emails u SMSs min naħa tiegħu u sab li ta lanqas għaxra fil-mijja tal-informazzjoni provduta kienet ħażina u mhux korretta. Kien hemm fejn l-email address kien ħażin, oħrajn kellhom in-numru tal-mobajl ħażin, jew saħansitra in-numru tal-linja fissa ħażin!

Frank Portelli hawn staqsa kif u kif wieħed seta jikkomunika man-nies jekk ma jkollux f’idejħ id-data korretta. Wieħed jibgħat email u ma tasalx u minflok tirċievi lura email oħra min għand is-service provider tiegħek li tgħidlek li dak l-indirizz ma jeżistix, jew inkella iċċempel u ssib li mobajl number jew numru tat-telefon ma jeżistix ukoll.

Frank Portelli temm biex qal li rridu nkunu ċerti li bid-data protection b’kollox id-data li jkollna f’idejna tkun korretta, inkell l-messaġġ tagħna ma kienx se jasal !

Dwar l-allegazzjonijiet ta’ Frank Portelli, l-Uffiċċju ELCOM xtaq jiċċara li l-allegazzjonijiet m’humiex korretti. Tant li l-Uffiċċju ELCOM mhu involut bl-ebda mod fil-proċess tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, u għalhekk ma provda ebda informazzjoni dwar membri tal-Kunsill Ġenerali u tal-Konvenzjoni Ġenerali lill-ebda kandidat.”