Lokali

Ingliż arrestat wara li nqabad bi 18-il kilò droga fuqu

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li Ingliż residenti Malta ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hekk kif inqabad b’6 kilogrammi kokaina u 12-il kilò eroina, fejn allegatament kienet lesta biex tiġi traffikata.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-barrani ta 54 sena kien ilu jiem jiġi segwit sa kmieni dalgħodu wara li twaqqaf bil-karozza ftit wara li għamel il-waslu tiegħu f’pajjiżna minn Katanja.

Filwaqt li d-droga nstabet moħbija fiċ-ċassis tal-karozza, l-Ingliż nżamm għal aktar investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin. Sadanittant il-Maġistrat tal-Għassa Grazio Mercieca ħatar numru ta’ esperti biex jassistu fl-inkjesta.