Ir-rata tal-qgħad fir-Renju Unit niżlet għall-inqas rata f’dawn l-aħħar 42 sena.
Dan hekk kif ir-rata niżlet għal 4.4 fil-mija bejn April u Ġunju – l-inqas rata mill-1975 skont l-Office for National Statistics (ONS).
Total ta’ 1.48 miljun persuna kienu reġistrati bħala bla xogħol fl-aħħar ta’ Ġunju – tnaqqis ta’ 157,000 persuna meta mqabbla mal-istess perjodu ta’ sena qabel. Min-naħa l-oħra ntqal li l-pagi ma kienux qed jiżdiedu skont l-inflazzjoni.
Intqal li tul dawn it-tlett xhur, l-ammont ta’ nies b’xogħol żdied bi 125,000 għat-total ta’ 32.07 miljun persuna b’impjieg.
Osservaturi qalu li dan qed ikun effettwat mill-Brexit – il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Filwaqt li hemm inċertezza kbira ekonomika minħabba l-Brexit, ħafna nies mhux qed jissugraw isibu xogħol ieħor u fl-istess ħin, minħabba din l-inċertezza hemm aktar impjiegi temporanji milli dawk permanenti.
//= $special ?>

