Il-Ġappuniż Kei Nishikori se jitlef l-aħħar turnament Grand Slam tas-sena, l-Open tal-Istati Uniti u l-kumplament tal-istaġun minħabba problemi fil-polz tal-lemin.
Wara diversi konsulti mal-aqwa speċjalisti Kei Nishikori ddeċieda li ma jagħmilx operazzjoni fil-polz, iżda għalissa se jilbes faxxa protettiva madwar il-polz biex b’hekk tinżel in-nefħa, u wara xi ġimgħat terġa’ ssir konsultazzjoni mal-professuri tiegħu biex ikun deċiż x’kura għandu jkompli biha l-Ġappuniż numru disa’ fid-dinja.
Ovvjament dan ifisser li s-sena għal Kei Nishikori ntemmet hawn biex b’hekk l-Open tal-Istati Uniti tilef protagonista ieħor wara li diġa’ kien imħabbar li kemm Stan Wawrinka, rebbieħ tal-aħħar edizzjoni, kif ukoll l-eks numru wieħed Novak Djokovic, mhux se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni, anki dawn minħabba problemi fiżiċi.
Stan Wawrinka għadu kif għamel operazzjoni f’irkopptu xellugija, filwaqt li Novak Djokovic għandu problemi simili bħal ta’ Nishikori, iżda fil-minkeb, u dan ukoll għażel li jieqaf biex ikun jista’ jikkura ruħu.
//= $special ?>