Lokali

FILMAT: Tnejn arrestati wara ġlieda fil-Marsa

Żewġt irġiel inżammu arrestati wara ġlieda li seħħet fl-istabbiliment Tiger Bar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2p.m. bejn raġel u sid il-bar, b’dan tal-aħħar jallega li r-raġel ħebb għalih b’sikkina. Ħadd minnhom ma deher li ġarrab xi ġrieħi serji. Pulizija mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u arrestaw liż-żewġt irġiel. Fi tfittxija li saret, ma nstabet ebda sikkina iżda sid il-ħanut baqa’ jinsisti li r-raġel għamel b’sikkina u allegatament remieha fil-baħar.

Min-naħa l-oħra, il-pulizija sabu ħadida fil-pussess ta sid il-ħanut.

Dan kien it-tieni intervent mill-Pulizija f’din iz-zona li hi frekwentata minn diversi immigranti fi żmien xahar. Fil-fatt, fid-19 ta’ Lulju, il-Pulizija sabet ammont konsiderevoli ta’ droga u għamlet numru ta’ arresti f’rejd fuq l-istess Tiger Bar.