Kevin-Prince Boateng ħalla lill-klabb Spanjol ta’ Las Palmas, minkejja li dan kien għad jonqsu kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb.
Las Palmas qalu li Boateng telaq għal raġunijiet personali. Fl-aħħar snin Kevin-Prince Boateng bidel għadd ta’ klabbs, bl-aħjar perjodu tiegħu ikun dak li għamel ma’ AC Milan, fejn magħhom rebaħ l-Iscudetto fl-2011 u fil-bidu tal-istaġun ta’ wara Milan rebħu wkoll is-Super Cup Taljana kontra Inter fil-Birds Nest f’Beijing, bil-gowl rebbieħ tar-Rossneri jkun skorjat propju minn Boateng.
Boateng skorja 10 gowls fi 28 logħba għal Las Palmas fil-Liga fl-istaġun li għadda.
Intant il-ġurnal Ġermaniż Bild qal li Boateng qed jimmira ritorn fil-Bundesliga ma’ Eintracht Frankfurt.
//= $special ?>