Lokali

Ajruplan tal-Air Malta jitwaqqaf milli jtir waqt li kien fuq ir-runway

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:35a.m. titjira tal-Air Malta, KM612 mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn Ruma twaqqfet ħesrem meta l-ajruplan kien diġa lest biex jagħmel it-tluq fuq ir-runway.

Jirriżulta li l-ajruplan kien fuq ir-runway meta għal xi raġuni li sa issa għad mhux magħrufa, l-passiġġiera ġew infurmati li l-ajruplan mhux se jtir u fil-fatt ittieħed fiż-żona tal-ajrport l-antik.

It-titjira ħalliet Malta sagħtejn wara għall-ħabta tad-9:15a.m.