Futbol Sport

Conte jgħid li Costa hu l-passat ta’ Chelsea

Antonio Conte daħaq għal mistoqsija ta' ġurnalist dwar Diego Costa (Ritratt: Sky Sports)

Il-manager ta’ Chelsea Antonio Conte kien bi tbissima meta fil-konferenza stampa ta’ qabel il-logħba, kien mistoqsi dwar l-aħħar kummenti ta’ Diego Costa, u saħaq li l-attakkant hu l-passat ta’ Chelsea.

Costa għaġġel lil Chelsea biex ma jitolbux aktar milli jmisshom biex ma jingħaqadx ma’ Atletico Madrid, hekk kif baqa’ jirrifjuta li jirritorna Londra biex jitħarreġ maċ-Champions Ingliżi.

Conte kien irrapurtat li b’messaġġ qal lil Costa li ma ridux aktar fil-klabb, u lbieraħ kien isteriku fil-kumment tiegħu fuq l-attakkant Spanjol fejn qal li lanqas għadu jaħseb fuqu.

“Nista’ ngħidlek li kulħadd li ħadem ma’ Chelsea jaf x’ġara bih l-istaġun li għadda. Hi tad-daħk din l-intervista. Mhux interessat li nkompli fuq din il-kwistjoni. Għalija hu l-passat,” qal Conte.

It-tim tal-media tal-klabb interrompew il-konferenza ta’ Conte biex jinsistu li l-pożizzjoni tal-klabb tibqa’ li Costa jrid jirritorna Londra biex jirraporta għat-taħriġ.

Għal partita ta’ għada kontra Tottenham, Chelsea se jkunu mingħajr is-sospiżi Gary Cahill u Cesc Fabregas li huma sospiżi filwaqt li Eden Hazard u Tiemoue Bakayoko għadho ma rkuprawx.

Conte ammetta li t-tim tiegħu m’għandhomx il-bażi solida tar-rivali tagħhom. “Naħseb li Tottenham għamlu xogħol tajjeb fl-aħħar snin. Pochettino qed jagħmel biċċa xogħol tajba. Huma ħolqu bażi tajba u rridu nagħmlu l-istess. Irrid ngħin lill-klabb jibni l-bażi solida imma rridu ż-żmien biex noħolqu dan,” kompla t-Taljan.

Conte ammetta li l-akkwist il-ġdid Alvaro Morata għadu mhux fl-aħjar kundizzjoni tiegħu imma insista li jrid jaħdem bil-plejers li għandu filwaqt li l-bord ta’ Chelsea għadhom qed jaħdmu fuq aktar trasferimenti.