Lokali

EGRANT: Detectives imqabbdin minn individwi Maltin imorru jitkixxfu dwar missier il-whistleblower fir-Russja

Ikomplu jiġu żvelati dettalji ġodda b’rabta mal-iskandlu Egrant, hekk kif il-whistleblower – li kienet taħdem Pilatus Bank u li qalet li rat dokumenti li juru li s-sid ta’ Egrant hi l-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat u li saru tranżizzjonijiet ta’ aktar minn miljun ewro mit-tifla tal-President tal-Ażerbajġan – issa żvelat li żewġ persuni minn aġenzija privata tad-detectives marru d-dar ta’ missierha fir-Russja. Dawn id-detectives kienu mqabbdin minn xi individwi minn Malta.

Il-ġurnal The Times, fil-faċċata ta’ quddiem, jiżvela dettalji ta’ email li l-whistleblower, Maria Efimova, bagħtet bħala parti mill-inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Aaron Bugeja. F’din l-email, l-whistleblower tinforma lill-Maġistrat b’attentati ta’ intimidazzjoni fuq il-familja tagħha. Fil-fatt, meta marru d-dar ta’ missierha, d-detectives riedu jitkixfu jekk hux veru li ommha kienet mietet ftit qabel. “Missieri għandu 70 sena u riċentament tilef lill-għażiża martu. Din hi l-protezzjoni tal-whistleblowers?” staqsiet il-whistleblower fl-email li bagħtet lill-Maġistrat. F’din l-istess email, l-whistleblower qalet li missierha kien se jagħmel rapport lill-pulizija.

Kien ġimgħatejn ilu li mill-Qorti ħareġ li l-whistleblower ma kellha ebda triq oħra ħlief li taħrab mill-pajjiż wara li sfat vittma ta’ intimidazzjoni. Dwar dan, kien ħareġ stqarrija l-Partit Nazzjonalista li kien qal li Muscat jiproteġi l-whistleblowers fejn jaqbillu biss.

BIL-FILMAT: Id-Direttur ta’ The Malta Independent isostni li ra d-dokumenti ta’ Egrant

FILMAT: Il-whistleblower tikkonferma li d-dokumenti dwar Egrant u Michelle Muscat jeżistu

FILMAT: “Rajt ‘Muscat’ fuq id-dokument ta’ Egrant – scanjajtu u poġġejtu f’postu” – il-whistleblower

Dak kollu li ġara lbieraħ dwar il-kumpanija ‘Egrant’ tal-mara tal-Prim Ministru