Internazzjonali

AĠĠORNAT:Evitat attakk terroristiku ieħor fi Spanja

Il-pulizija Spanjola għadhom kemm ħabbru li evitaw attakk terroristiku ieħor qrib Barċellona. Dan wara li qatlu ħames terroristi li pruvaw jsuqu għal fuq in-nies fil-belt Cambrils, belt popolari mat-turisti barra Barċellona. Il-ħames terroristi kellhom fuqhom dak li jidher kienu ċintorini bl-isplussivi lesti imma wara rriżulta li dawn kienu foloz.

Jidher ukoll l dawn kienu fl-istess grupp ta’ dawk li l-Ħamis wettqu l-attakk imdemmi f’Barċellona.

Sadattant siegħat qabel l-attakk ta’ Barċellona fejn issa l-vittmi telgħu għal 14-il persuna u ħafna oħra ndarbu, kien hemm splużjoni qawwija f’dar f’Alcanar – raħal madwar 160 kilometru minn Barċellona. Hawn persuna mietet u seba’ oħra ndarbu. Il-Pulizija Spanjola qalet li kollox jindika li l-isplużjoni kienet ikkawżata minn bomba li kienet qed titlesta għal attentat.

Sadattant il-Ministeru tal-Intern tar-reġjun Katalan ħareġ numru biex wieħed iċċempel jekk hu imħasseb dwar xi qraba li kienu Barċellona. In-numru hu +34 900400012

 

IR-RAPPORTI GĦADHOM DIEĦLIN