Lokali

FILMAT: ‘Ċilla’ tingħata l-aħħar tislima

Illum fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt ingħatat l-aħħar tislima Cecilia Darmanin, magħrufa l-aktar bħala ‘Ċilla’ li kienet mill-Belt Valletta.

Ċilla fis-snin sebgħin u tmenin kienet taħdem ħafna fil-Partit Nazzjonalista waqt li kienet ukoll kandidat f’żewġ elezzjonijiet ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.

Għall-aħħar tislima ta’ Ċilla attendew diversi persuni li kienu jafuha mill-qrib, kif ukoll membri mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Attenda wkoll l-eks Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi.

Hi kienet ikkontestat l-elezzjoni ġenerali tal-1976 fuq l-ewwel u t-tieni distrett elettorali, u reġgħet ikkontestat l-elezzjoni ta’ wara, dik tal-1981, fuq l-ewwel distrett.

Minkejja l-età kbira tagħha, Ċilla baqgħet leali lejn il-Partit Nazzjonalista sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.