Dilettanti tal-għaqdiet tan-nar jinsabu urtati u ddisgustati b’servizz li xxandar fl-aħbarijiet ta’ TVM u ppubblikat fuq il-website tal-istazzjon nazzjonali bit-titlu: “Tinkiser it-tradizzjoni kerha ta’ traġedji tal-logħob tan-nar kull sentejn” – qala kontroversja sħiħa hekk kif l-artiklu sejjaħ l-inċidenti fatali bil-logħob tan-nar bħala ‘tradizzjoni’.
Kienu bosta dawk li kkundannaw il-lingwaġġ u n-nuqqas ta’ sensittiva’ li l-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali trattat dan is-suġġett ta’ diżgrazzji fejn sfortunatament fihom tilfu ħajjithom numru ta’ nies waqt li kienu qegħdin jipprattikaw d-delizzju tagħhom.
NET News tkellem ma’ dilettant tan-Nar mill-Għaqda Santa Marija tal-Qrendi, Mario Zerafa:
NET News ħa l-kumment ukoll ta’ Stanley Azzopardi minn Santa Venera, dilettant tan-nar u persuna intiża fuq is-saħħa u sigurta fuq post tax-xogħol:
Madanakollu, d-diskussjoni dwar in-nuqqas ta’ sensittiva’ għas-suġġett ta’ diżgrazzji fil-kmamar tan-nar ġiet diskussa wkoll fuq il-paġna tal-media soċjali ta’ Television Malta – fejn kienu bosta dawk li kkundannaw bil-kbir il-mod kif tpoġġa l-kliem.
Kienu bosta dawk li kkundannaw l-artiklu:
//= $special ?>