Rapport: Keane Cutajar
Gżira United fetħu l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa kbira fuq it-tim promoss ta’ Lija Athletic. Logħba li ddebuttaw ħafna mill-plejers ġodda taż-żewg timijiet rispettivi, b’Gżira jiddominaw għal ħafna mill-ħin. Għalkemm Lija sfaw jilagħbu b’għaxar plejers kmieni fil-partita, xorta waħda dehru li ma qatgħux qalbhom mill-battalja fl-ewwel taqsima iżda iktar kemm għadda l-ħin, Gżira iktar dehru jikbru fil-kunfidenza biex għalqu l-logħba faċilment wara kontroll assolut tat-tieni taqsima.
Il-Maroons fetħu l-iskor lejn tmiem l-ewwel taqsima meta minn kross sabiħ mix-xellug ta’ Karl Pulo, Amadou SAMB għola tajjeb biex tefa’ fix-xibka u b’hekk skorja l-ewwel gowl ta’ Gżira għal dan l-istaġun. Gżira rduppjaw kwarta mit-tmiem meta minn korner ta’ Andrew Cohen, Andre WHITE spara fix-xibka meta kien fadal kwarta logħob, biex tefa’ lil Gżira f’pożizzjoni komda għall-kumplament tal-partita.
Fis-77 minuta, Samba TOUNKARA kompla jkabbar il-vantaġġ ta’ Gżira meta żmarka lid-difensuri ta’ Lija qabel ma’ qabeż lill-gowlkiper u xxutja f’lasta vojta. Tliet minuti wara, reġa’ kien Amadou SAMB li daħal perfett mad-difensur ta’ Lija u spara fil-baxx biex għeleb lil Bonnici għar-raba’ darba.
//= $special ?>