Rapport: Keane Cutajar
Hibernians fetħu d-difiża tal-kampjonat tagħhom b’rebħa konvinċenti fuq it-tim ta’ St Andrews li ħarġu b’formazzjoni mimlija debuttanti. It-tim ta’ Mark Miller iddomina sa mill-ewwel minuta, li ħareġ fuq l-offensiva b’attakk wara l-ieħor bil-maġġoranza tagħhom jiġu minn fuq il-linji. St Andrews ftit li xejn dehru fil-partita u ma kinux ta’ ostaklu għaċ-champions tal-istaġun li għadda. Għalkemm ingħataw żewg penalties, b’wieħed ikun dubjuż, Hibernians kellhom wirja konvinċenti u baqgħu jikkontrollaw il-logħba sal-aħħar minuti.
Il-Pawlisti fetħu l-iskor wara tmien minuti meta Marcelo Dias twaqqa’ fil-kaxxa minn Ricardo Martin, b’Eman Grech isaffar għal penalty. Mill-11-il metru Clayton FAILLA ma żbaljax. Huma rduppjaw ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima. Kien Andrei AGIUS li għola fuq l-avversarji tiegħu minn korner ta’ Jackson Lima, u skorja b’daqqa ta’ ras.
Hibernians għamluhom tlieta mas-siegħa logħob meta minn kross ta’ Sahanek, Jackson LIMA venven l-ballun fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. It-tim ta’ Miller ingħata penalty ieħor fis-77 minuta, meta Dunstan Vella deher imwaqqa’ fil-kaxxa, deċiżjoni ftit jew wisq dubjuża kontra Adrian Borg ta’ St. Andrews, b’Clayton FAILLA jispara b’saħħtu preċiż fir-rokna.
//= $special ?>