Lokali

IDENTIFIKAT: Il-Katavru li ttella’ mill-baħar f’San Ġiljan hu taż-żagħżugħ Franċiż li qabeż minn fuq dgħajsa

Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermaw li l-katavru li ttella’ mill-baħar nhar l-Erbgħa filgħaxija minn San Ġiljan huwa taż-żagħżugħ Franċiż ta’ 19-il sena li qabeż minn fuq id-dgħajsa fil-11 t’Awwissu li għadda.

Nhar il-ġimgħa ż-żagħżugħ kien fuq dgħajsa waqt ‘boat party’ qrib ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, meta flimkien ma’ ħames Franċiżi oħra, qabżu l-baħar waqt li d-dgħajsa kienet mixja.

Erba’ minnhom telgħu waħidhom mix-Xatt li kien viċin, filwaqt li wieħed telgħa minn xatt ftit ‘il fuq.

Matul l-aħħar jiem saret tfitxija ntensiva għaż-żagħżugħ permezz ta’ dgħajjes u ħelikopter u kien nhar l-Erbgħa filgħaxija li l-ktavru taż-żagħżugħ ttella’ mill-baħar.