Sport Sport Ieħor

Jibda l-impenn tas-sewwieqa Maltin fil-Ġermanja

Mix-xellug: Oliver Azzopardi, Mark Farrugia u Duncan Micallef

Illum is-sewwieqa Duncan Micallef u Franklyn Borg flimkien mat-tuner Simon Giordimaina se jibdew jikkompetu fl-ewwel rawnds ta’ kwalifikazzjoni. Iż-żewġ sewwieqa jridu jżommu r-ritmu li kellhom sa issa, hekk kif it-tnejn jinsabu fil-quċċata tal-klassifika rispettiva tagħhom.

Duncan Micallef jinsab fil-quċċata tat-Top Fuel Dragster li hi l-ogħla klassi u l-aktar waħda veloċi, filwaqt li Franklyn Borg bl-għajnuna ta’ Giordimaina jinsabu fl-ewwel post fil-klassi Super Street Bike. Il-klassi ta’ Micallef taqa’ taħt ir-regoli tal-FIA filwaqt li ta’ Borg hi taħt ir-regoli tal-FIM.

Wara dan ir-rawnd, Duncan Micallef ikun jonqsu żewġ rawnds oħra fi tmiem il-ġimgħa li jmiss f’Tierp fl-Iżvezja u x-xahar id-dieħel f’Santa Pod fl-Ingilterra.