Fil-Qorti, mara ammettiet li kienet kompliċi f’żewġ serqiet – waħda fuq anzjana u oħra f’banka tal-lottu.
Iż-żewġ serqiet saru f’Novembru li għadda, u l-mara li ammettiet li kienet parti minn dawn iż-żewġ serqiet għandha 27 sena u hi minn Ħal Qormi.
Fl-awla, il-Pulizija qalet li l-mara ikkoperat magħhom matul l-investigazzjoni. Hi stqarret li darba minnhom hi stess kienet qegħda ssuq il-karozza li biha saret is-serqa, filwaqt li fis-serqa l-oħra hi kienet passiġġiera mal-persuni l-oħra kompliċi.
Il-Qorti, bi qbil mal-prosekuzzjoni, kkundannat lill-mara għall-sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn – hekk kif il-mara għandha kondotta nadifa.
//= $special ?>