Sport Waterpolo

Rebħa fuq il-Moldova għat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-15-il sena

It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-15-il sena kiseb it-tieni rebħa fid-disa’ edizzjoni tat-tat-tournament Darko Cukic Memorial meta dalgħodu għelbu lil Moldova 8-6. Sa issa t-tim Malti għeleb lit-tim nazzjonali tal-Awstralja 7-5, filwaqt li tilef kontra l-qawwiet tal-Istati Uniti u s-Serbja filwaqt li lbieraħ it-tim Malti tilef kontra l-Olanda.

Għada t-tim Malti jilgħab kontra s-Slovakkja fil-5.30pm filwaqt li l-Ħadd iż-żgħażagħ Maltin jilagħbu l-logħba ta’ klassifikazzjoni.