Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Sewwieq ta’ mutur ta’ 62 sena mix-Xagħra Għawdex qed isofri minn ġrieħi serji wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku fi triq Tal-Ħamrija, ix-Xewkija, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart  ta’ filgħaxija meta r-raġel li kien qed isuq mutur tat-tip Honda tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ mal-art.

Ir-raġel ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.