Lokali

Taljan iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur f’San Ġiljan

Taljan ta’ 50 sena residenti Birkirkara sofra feriti gravi wara li waqa’ bil-mutur li kien qed isuq f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45am, meta r-raġel kien qed isuq il-mutur, tat-tip Kymco, fi Triq Mikiel Anton Vassalli u għal raġuni waqa’ bil-mutur.

Fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lit-Taljan qabel ma dan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza. Hemm hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.