Transport Malta ħabbret li ser tkun qed tibni mill-ġdid Triq il-Kunvent Ħaż-Żabbar, triq li hija t’aċċess importanti għaċ-ċentru ta’ Ħaż-Żabbar, Xgħajra u kif ukoll għal Marsaskala.
Għaldaqstant minn nhar it-Tnejn 21 t’Awwissu it-triq ser tingħalaq għat-traffiku għal xi jiem.
Transport Malta avżat li għal dawk li jużaw it-trasport pubbliku ser ikun qed jiġi organizzat servizz shuttle minħabba li xi rotot li sejrin lejn ix-Xgħajra u Marsaskala se jkunu affettwati. Vann se jitlaq minn Pjazza Medjatriċi lejn ix-Xgħajra u ieħor lejn Wied il-Għajn kull tlett kwarti. Ir-rotot tat-trasport pubbliku li sejrin lejn il-Belt Valletta mhux se jkunu affettwati.
Filwaqt li s-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni, Transport Malta skużaw ruħhom tal-inkonvenjent.



