Żewġ anzjani nisa abbord l-istess karozza sofrew feriti gravi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fil-Mosta. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.15am fi Vjal Millbrae.
L-anzjani, ta’ 80 sena u ta’ 79 sena minn Ħal Qormi, kienu abbord karozza tat-tip Peugeot. Fl-inċident kienu nvoluti wkoll karozza tat-tip Honda, misjuqa minn raġel ta’ 61 sena minn Ħ’Attard, u karozza oħra tat-tip Peugeot, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn San Pawl il-Baħar.
Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet liż-żewġ nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard kienu ċċertifikati li qed isofru minn feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

