Lokali Mużika

Andrea Bocelli jasal Malta għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

Illejla it-Tenur internazzjonali Andrea Bocelli wasal Malta għall-kunċert tal-lejla mat-Tenur Malti Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana.

B’hekk dan neħħa kull dubju li jekk Bocelli kienx se jkanta fil-kunċert wara li din il-ġimgħa Bocelli ħassar żewġ kunċerti minħabba li kellu bronkite.

Il-kunċert se jkun qed jiċċelebra l-20 sena minn meta Calleja beda jiddebutta fl-opera.

Ritratt: NnG Promotions