Il-Partit Demokratiku qed iħeġġeġ kemm lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) kif ukoll lill-Awditur Ġenerali (AĠ) biex jinvestigaw l-art ta’ Smartcity. Il-Partit qal dan fi stqarrija hekk kif qed isostni li din l-art tista’ tkun suġġetta għal imsejħa “spekulazzjoni irriversibbli”.
Fl-istqarrija l-PD qal li din il-materja trid tingħata attenzjoni urġenti għax qed jinbiegħu appartamenti fuq il-pjanta.
Sostna li din hija kwistjoni ta’ interess nazzjonali u ma għandhomx jibqgħu jipposponu l-azzjoni tagħhom.
Fl-istess stqarrija l-PD ħeġġeġ biex dawn iż-żewġ istituzzjonijiet iniedu investigazzjoni immedjata u indipendenti sabiex jiġi assigurat li ma hemm l-ebda ksur ta’ xi obbligi li jmorru kontra l-interess nazzjonali u kontra l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>